Ingħata l-aħħar tislima Patrick Miller, eks kollega ta’ Media.Link communications li miet aktar kmieni din il-ġimgħa fl-età ta’ 70 sena.
Patrick kien l-ewwel ‘Operations Manager’ ta’ Radio 101, illum Net FM. Hu kien strumentali biex Radio 101 stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-istazzjonijiet tar-radju ewlenin fl-1991 wara l-bidliet fil-liġijiet li daħħlu l-pluraliżmu fix-xandir.
Il-funeral ta’ Patrick Miller sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, f’tislima li għaliha attendew diversi qraba u ħbieb.
Ma setax jonqos li jattendu numru kbir ta’ eks-kollegi ta’ Patrick mill-kumpanija Media.Link kif ukoll uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ numru ta’ Deputati u MEPs.
F’Radio 101, Patrick Miller kien baqa’ jżomm karigi maniġerjali u ta kontribut fit-tmexxija tal-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista sa meta irtira fl-2008.
Hu kien ukoll supporter kbir tan-Neptunes, li ftit tal-jiem ilu rebħu l-kampjonat tal-Waterpolo. Filfatt, għall-funeral attendew ukoll uffiċjali tat-tim ta’ Neptunes.
//= $special ?>