L-Oppożizzjoni kitbet u talbet uffiċjalment lill-Gvern biex il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera jispjega fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent fejn waslet ir-reviżjoni tal-Fuel Stations Policy. Dan kif inhu dmiru u wara li din ir-reviżjoni kienet imħabbra mill-istess Ministru Herrera disa’ xhur ilu.
Ħabbru dan il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi u Marthese Portelli.
L-Oppożizzjoni qalet li tinnota li l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jevita din it-talba u qed ikaxkar saqajh biex jilqa’ din it-talba li saritlu għad-diskussjoni fil-Parlament dwar din ir-reviżjoni. Dan wara li l-Gvern għażel li ma jilqax it-talba li saritlu mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi u Marthese Portelli.
Għalhekk l-Oppożizzjoni, filwaqt li tinnota b’dispjaċir u tħassib kif il-Gvern ma aċċettax it-talba li saritlu, tibqa’ ttenni t-talba tagħha. L-Oppożizzjoni tistenna li f’suġġett bħal dan, il-Gvern ma jibqax jitnikker u jlaqqa’ l-Kumitat Parlamentari ghall-Ambjent, jekk hemm bżonn qabel il-ftuħ mill-ġdid tal-Parlament x-xahar li ġej, biex il-poplu jkun infurmat.
//= $special ?>