Hekk kif sa fl-aħħar illejla ser jingħata bidu għall-festi tal-Indipendenza 2018 fuq il-Fosos tal-Furjana – preżenti ser ikun hemm ukoll Net Media.
Permezz ta’ stand fil-qalbha tal-attivitajiet – il-pubbliku ser ikun jista’ jiltaqa’ ma’ diversi preżentaturi tal-istazzjon li ser ikollhom programm fl-iskeda l-ġdida, fosthom l-uċuħ ġodda ta’ Net TV u Net FM.
Ser ikun hemm ukoll sezzjoni dwar l-20 sena anniversarju minn meta twaqqaf Net TV kif ukoll informazzjoni dwar l-iskeda l-ġdida.






