Inter sofrew it-tieni telfa f’erba’ logħbiet meta sfaw megħluba f’darhom minn Parma 1-0. In-neroazzurri kellhom l-inizjattiva għal ħafna mill-partita, iżda kienu Parma li skorja fid-79 minuta kontra x-xejra tal-logħob. Kien FEDERICO DIMARCO li ħalla lil Samir Handanovic iħares b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna tax-xibka.
Napoli rkupraw mit-telfa kontra Sampdoria fl-aħħar logħba, meta f’darhom għelbu lil Fiorentina 1-0, biex taw l-ewwel telfa lill-Viola wara li kienu fetħu l-kampjonat b’żewġ rebħiet. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal fid-79 minuta meta Marek Hamsik ivvertikalizza lejn Arkadiusz Milik li b’passaġġ intelliġenti qassam lejn LORENZO INSIGNE. Il-plejer Taljan ikkontrolla l-ballun u b’xutt fil-baxx għeleb lil Bartlomiej Dragowski.
Sampdoria kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta ġabu fix-xejn lil Frosinone 5-0. FABIO QUAGLIARELLA fetaħ l-iskor wara 10 minuta meta kompla għal ġewwa wara kross ta’ Edgar Barreto. GIANLUCA CAPRARI rdoppja l-iskor fis-47 minuta b’xutt mill-ewwel wara kross mix-xellug, b’GREGOIRE DEFREL jagħmilhom tlieta b’azzjoni personali fl-54 minuta. DAWID KOWNACKI u GREGOIRE DEFREL issiġillaw ir-rebħa b’żewġ gowls fit-83 u s-86 minuta.
Serie A
Għada
Roma v Chievo 12.30pm
Genoa v Bologna 3.00pm
Juventus v Sassuolo 3.00pm
Udinese v Torino 3.00pm
Empoli v Lazio 6.00pm
Cagliari v Milan 8.30pm
It-Tnejn
Spal v Atalanta 8.30pm
//= $special ?>