Internazzjonali

It-tifun ‘Mangkhut jagħmel ħerba fil-Filippini

Il-maltemp mit-tifun ‘Mangkhut’, ħalla ħerba fil-Filippini fejn ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha għas-sigurtà fost l-għeluq tal-iskejjel u bl-Armata tipprepara għal kwalunkwe emerġenza. MInkejja dan il-maltemp, li issa riesaq lejn iċ-ċina, ħalla 12-il persuna mejta.

L-aħħar rapporti qalu li aktar minn ħames miljun persuna kienu ‘direttament fit-triq’ ta’ dan it-tifun li tella’ rwiefen b’qawwa ta’ 255 kilometri fis-siegħa bil-punt tal-impatt fil-gżira ta’ Luzon.

Dan is-super-tifun diġà ħalla l-marka tiegħu fil-Gżejjer Mariana u Guam. L-awtoritajiet qegħdin jistennew ‘spinta ta’ maltemp iddominat mix-xita’. Hi wkoll reali ħafna l-possibbiltà ta’ valangi tal-art u għargħar għal għarrieda.