Is-Sibt filgħaxija tniedu l-Festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia flimkien mal-Viċi Kap David Agius iltaqgħu man-nies li kienu preżenti kif ukoll żaru diversi stands.
Il-Fosos hu mimli stands u żoni differenti għal nies ta’ kull eta’. Infatti, f’kull ġurnata ser ikun hemm żona miftuħa għat-tfal. Apparti minn hekk hemm stands li jippromwovu l-isport.
Minn għada se jkun hemm kuljum diskussjoni politika flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’teatru miftuħ. It-Tnejn imbagħad fuq il-palk prinċipali jittella’ l-Konkors tal-Kanzunetta Indipendenza Junior filwaqt li t-Tlieta jittella’ l-Konkors tal-Kanzunetta Indipendenza fid-disgħa ta’ filgħaxija. Kuljum se jkun hemm divertiment live fuq il-palk prinċipali bis-sehem ta’ diversi bands.
Il-milja tal-attivitajiet fuq il-Fosos tal-Furjana tintlaħaq bil-mass meeting ta’ nhar il-Ħamis, li se jkun indirizzat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
//= $special ?>