Futbol Sport

Norman Darmanin Demajo kontra l-11-il plejer barrani fil-Premier

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo esprima ruħu fuq il-kwistjoni tal-11-il plejer barrani fil-Kampjonat Premier, fejn qal li hu kontra din l-introduzzjoni.

F’post fuq facebook, il-President tal-MFA qal li kemm idum hu President se jagħmel minn kollox biex il-proposta tal-Premier Division Standing Committee (PDSC) ma tidħolx fis-seħħ.

Darmanin Demajo qa li jinsab kunfidenti li l-maġġoranza assoluta tal-klabbs f’pajjiżna li huma rrappreżentati mill-Membri tal-Kunsill, se jivvutaw kontra dawn it-tip ta’ proposti. Hu żied li dawn il-proposti huma intiżi li jservu l-aġenda tal-ftit.