Lewis Hamilton kiseb pole position mhux mistennija meta għamel l-aħjar ħin biex se jibda l-Grand Prix ta’ Singapore fl-ewwel post. Minkejja li din kienet is-seba’ pole position għalih dan l-istaġun, dan iċ-ċirkwit mhux favorit mal-Mercedes minħabba l-karatteristika tiegħu.
Iżda Hamilton għamel dawra mill-aqwa fil-bidu tat-tielet fażi biex spiċċa qabel Max Verstappen tar-Red Bull u Sebastian Vettel tal-Ferrari.
Id-dawra tas-sewwieq tal-Mercedes kienet madwar 0.3 ta’ sekonda aħjar minn ta’ Verstappen u aktar minn nofs sekonda veloċi minn ta’ Vettel, f’serata meta l-Ferrari kienu mistennija jiddominaw. Hamilton ma għamilx l-aħħar dawra fit-tielet fażi iżda d-dawra li għamel kienet biżżejjed għalih. B’seba’ tiġrijiet għal tmiem il-kampjonat, Hamilton jinsab 30 punt vantaġġ fuq Vettel.
Ġimagħtejn wara li kiseb il-pole position f’Monza, Kimi Raikkonen kien il-ħames l-aktar veloċi. Il-Finlandiż qal li s-sessjoni kienet aktar diffiċli milli mistennija minħabba li ma għamlux it-tyres jaħdmu kif riedu huma.
Kif se jibdew
1. Lewis Hamilton 1:36.015
2. Max Verstappen 1:36.334
3. Sebastian Vettel 1:36.628
4. Valtteri Bottas 1:36.702
5. Kimi Räikkönen 1:36.794
6. Daniel Ricciardo 1:36.996
7. Sergio Perez 1:37.985
8. Romain Grosjean 1:38.320
9. Esteban Ocon 1:38.365
10. Nico Hulkenberg 1:38.588
11. Fernando Alonso, 12. Carlos Sainz, 13. Charles Leclerc, 14. Marcus Ericsson, 15. Pierre Gasly, 16. Kevin Magnussen, 17. Brendon Hartley, 18. Stoffel Vandoorne, 19. Sergey Sirotkin, 20. Lance Stroll
//= $special ?>