Lokali

RITRATTI: Approvat l-ewwel grupp ta’ kandidati tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f’Mejju tas-sena d-dieħla. Erbgħa minn dawn il-kandidati se jikkontestaw għall-ewwel darba. Il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew ġejjin minn oqsma differenti u se jkunu qed joffru għażla tajba ta’ servizz politiku lill-poplu Malti.

Il-kandidati approvati għal din l-elezzjoni huma: Peter Agius, Dione Borg, Michael Briguglio, David Casa, Roberta Metsola, Frank Psaila u Francis Zammit Dimech. Dawn il-kandidati ġew approvati mill-Kumitat Eżekuttiv fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill amministrattiv wara li sarilhom l-iskrutinju meħtieġ.