Lokali Qorti

“Waqa’ għat-tentazzjoni” u spiċċa fl-inkwiet – żagħżugħ ta’ 19-il sena akkużat li kellu x’jaqsam ma’ minuri

Żagħżugħ ta’ 19-il sena spiċċa fl-inkwiet wara li allegatament kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla taħt l-eta’. Iż-żagħżugħ tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużat li kellu x’jaqsam ma’ minuri.

L-Avukat Marouska Debono, li qed tiddefendi l-akkużat, qalet li kienet it-tfajla ta’ 14-il sena li nstigat ir-relazzjoni u kienet taf sew li ż-żagħżugh kien jispiċċa fl-inkwiet. Hi qalet li ż-żagħżugħ “waqa’ għat-tentazzjoni”.

L-Ispettur Joseph Busuttil għall-Prosekuzzjoni ikkonferma li kienet it-tfajla li kienet tibgħat diversi messaġġi lill-akkużat u qal li kien hemm okkażjoni waħda biss fejn kellhom x’jaqsmu sesswalment.

L-Ispettur Busuttil qal missier it-tifla għamel rapport u qal li l-Pulizija huma marbutin li jinvestigaw u jressqu l-akkużat.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jikkuntattjax lit-tfajla. Il-Qorti ordnat li l-ismijiet kemm tal-akkużat kif ukoll tal-vittma ma jixxandrux.