Atletika Sport

Eliud Kipchoge jagħmel rekord tad-dinja tal-maratona

(Ritratt: EPA)

Il-Kenjan Eliud Kipchoge rnexxielu jagħmel rekord tad-dinja tal-maratona hekk kif rebaħ il-Maratona ta’ Berlin f’sagħtejn minuta u 39 sekonda (2:01:39). L-atleta ta’ 33 sena kiser ir-rekord b’aktar minn minuta, bir-rekord preċedenti jkun ta’ 2:02.57 li kien għamel il-kompatrijott Dennis Kimetto f’Berlin fl-2014.

“Ma għandix kliem biex niddeskrivi l-ġurnata. Ninsab grat ħafna u kuntent li ksirt ir-rekord tad-dinja,” qal Kipchoge. Kienet iebsa. Jien ġrejt it-tellieqa tiegħu, fdajt fis-slipper, fil-programm u l-kowċ tiegħi. Dak kien li ġiegħlni nimbotta fl-aħħar kilometri.”

Il-Kenjan hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa atleti tal-maratona ta’ kull żmien. Aktar kmieni din is-sena, hu rebaħ il-Maratona ta’ Londra għat-tielet darba filwaqt li hu r-rebbieħ Olimpiku attwali. Din kienet it-tielet darba fl-aħħar erba’ snin li Kipchoge rebaħ il-Maratona ta’ Berlin kif ukoll il-Maratona ta’ Londra.

Is-sena l-oħra, Kipchoge falla milli jsir l-ewwel atleta li jiġri l-maratona taħt sagħtejn b’26 sekonda. Il-Kenjan waqqaf l-arloġġ f’sagħtejn u 25 sekonda iżda minħabba li ntużaw pacemakers differenti, il-ħin ma kienx rikonoxxut bħala rekord tad-dinja.