Juventus kisbu r-raba’ rebħa fil-kampjonat tas-Serie A hekk kif għelbu lil Sassuolo 2-1 fl-Allianz Stadium biex baqgħu b’punti massimi u assiguraw li jkabbru l-vantaġġ fil-klassifika għal tliet punti. Din il-logħba fissret ukoll l-ewwel gowls ta’ Cristiano Ronaldo fl-Italja b’doppjetta fil-50 u fil-65 minuta. Khouma Babacar naqqas id-distakk fil-91 minuta. Juventus spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers wara li Douglas Costa beżaq lil Federico di Francesco.
Genoa kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat b’rebħa ta’ 1-0 kontra Bologna fi Stadio Marassi. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal fid-69 minuta permezz ta’ Krzysztof Piatek, li b’hekk kompla l-bidu pożittiv tiegħu.
Udinese u Torino spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fid-Dacia Arena. Rodrigo de Paul kien poġġa lil Udinese minn fuq fit-28 minuta iżda Soualiho Meite ġab id-draw fid-49 minuta.
Roma tilfu żewġ punti importanti meta kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 2-2 kontra Chievo. Roma kienu żewġ gowls minn fuq wara li Stephan El Shaarawy u Bryan Cristante skorjaw fl-ewwel nofs siegħa tal-logħba. Valter Birsa naqqas id-distakk fit-52 minuta biex Mariusz Stepinski ġab id-draw fit-83 minuta.
//= $special ?>