Lokali

Mandat t’inibizzjoni biex ma jitneħħiex il-monument spontanju

Il-Qorti rrifjutat li tilqa’ t-talba għal mandat ta’ inibizzjoni temporanju biex ma jitneħħiex mafkar spontanju biex ifakkar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-mandat ta’ inibizzjoni ġie prezentat mill-blogger Manuel Delia, liema mandat kien appoġġjat minn grupp ta’ avukati.

Madanakollu, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Noel Cuschieri, ma laqatx it-talba għall-urġenza biex ikun hemm mandat ta’ inibizzjoni temporanju, u minflok skedat seduta għall-5 ta’ Ottubru li ġej.

Il-mandat ta’ inibizzjoni kien preżentat kontra l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, is-Segretarju Permanenti tiegħu u d-Direttur tat-Tindif Pubbliku.

Dan hekk kif il-monument tal-Assedju l-Kbir, li sar il-post fejn attivisti ħolqu mafkar spontanju għal Daphne Caruana Galizia, ingħalaq għall-aċċess tal-pubbliku mill-Gvern – biex skont il-Ministru Owen Bonnici jsir tindif u restawr fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.