Milan naqsu li jiksbu t-tieni rebħa fil-kampjonat meta sfaw miżmuma minn Cagliari 1-1 f’partita interessanti. Kienu Cagliari li fetħu l-iskor wara erba’ minuti meta minn kontrattakk, ix-xutt ta’ Leonardo Pavoletti ħabat ma’ żewġ lasti u spiċċa fid-direzzjoni ta’ JOAO PEDRO li għeleb lil Gianluigi Donnarumma b’xutt fil-baxx.
Milan ġabu d-draw fil-55 minuta meta Franck Kessie pressa d-difiża ta’ Cagliari, bil-ballun jispiċċa għand GONZALO HIGUAIN li dar ma’ Alessio Cragno u skorja fil-baxx.
F’logħba oħra Lazio kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta wara li fl-aħħar logħba għelbu lil Frosinone, din id-darba għelbu tim promoss ieħor Empoli 1-0. Il-gowl li fired iż-żewġ timijiet wasal fil-bidu tat-tieni taqsima meta għal kross mix-xellug, daħal MARCO PAROLO li b’xi mod għeleb lil Pietro Terracciano.
//= $special ?>