Lokali

FILMAT: Partit b’viżjoni għal Malta

“Qatt ma rajt daqshekk nies jidħlu fid-Dar Ċentarli.” Dan kien il-qofol tal-messaġġ li ta l-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo, qal li xejn ma kienet faċli li x-xogħol li sar f’dawn l-aħħar xhur minn mindu laħqu Viċi Kapjiet tal-PN.

Din hija ġlieda tal-maġġoranza għal Malta b’soċjetà li jimpurtaha. Huwa qal li hu dmir ta’ dawk fi ħdan il-PN li jaħdmu għal Malta u favuriha

Intant Christian Micallef, Viċi Sindku tal-Belt Valletta ta’ radd il-ħajr lil dawk kollha li ħadmu biex fil-Belt Valletta minn kull aspett. Huwa qal li s-sena dieħla l-pajjiż se jkun hemm l-elezzjonijiet tal-MEP’s u tal-Kunsilli Lokali. Huwa fakkar li MEP’s Nazzjonalisti kienu dawk li ħadmu verament għall-Malta.

Roselyn Borg Knight, is-segretraju internazzjonali tal-PN. Fejn fiha tenniet fuq kif il-Kap tal-PN Adrian Delia dejjem ħadem mill-ewwel jum biex jisma’ lin-nies.

Intant il-koordinatur Politiku Jean Pierre Debono qal hemm il-ħtieġa li jkun hemm politika għan-nies, għax dan huwa l-uniku risorz tagħna.

Sitwazzjoni ta’ ħaddiema barranin fejn qed jikru sodda, u jgħixu fi stat makabru.

Intant Jean Pierre Debono għalaq billi qal li dan il-Gvern tilef il-kontroll tad-dixxiplina fil-pajjiż u li m’għandux pjan għall-pajjiż.

Tonio Borg, eks Viċi Kap tal-PN qal li qed jiġru ħafna affarjiet fil-pajjiż li huma perikolużi ħafna. Huwa qal li bħalissa f’pajjiżna m’hawnx level playing field fil-politika. Huwa tkellem ukoll fuq il-kriminalità u kif ukoll l-għoli tal-ħajja.

Il-PN kien u għadu partit demokratiku nisrani li jimxi fuq il-passi ta’ solidarjetà, u għalhekk il-PN qed jaħdem biex ikun hawn ġid għal kulħadd.

Jum nazzjonali wieħed – għandu jkun jum it-twelid tal-pajjiż. Huwa ġenwinament appella biex il-poplu jibda’ jagħti l-appoġġ lill- PN u lill-Kap tal-istess partit Adrian Delia.