Lokali

RITRATTI: Tal-linja tibqa’ dieħla f’sitt karozzi f’ħabta fi Triq il-Wied tal-Imsida

Karozza tal-linja baqgħet dieħla f’sitt karozzi f’ħabta kbira li seħħet fi Triq il-Wied tal-Imsida, fiz-zona magħrufa bħala l-Għajn tal-Ħasselin. Fortunatament jidher li ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

L-inċident seħħ seħħ qabel id-9 ta’ filgħodu u kelliem għall-pulizija qal lil NET News li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-karozza tal-linja telgħat fuq il-bankina u baqgħet dieħla f’karozza li kienet ipparkjata qrib il-bus stop bl-isem tal-Ħasselin.

B’kawża tal-ewwel impatt il-vettura li ħadet l-ewwel daqqa’, imxiet u l-istess azzjoni ġiet irrepetuta mal-karozzi kollha li kien hemm ipparkjati biex b’kollox intlaqtu sitt karozzi.

Fuq il-post marru minnufih il-pulizija u kif ukoll ambulanza u b’kawża tal-inċident, għal xi ħin, kien hemm ħafna traffiku fiz-zona.