Lokali

Tkompli t-tfittxija għal bugħaddas mitluf il-Qawra

Mill-arkivji

Kmieni dalgħodu mal-kosta tal-Qawra, il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Pulizija għaddejjin bil-ħidma ta’ tfittxija għall-bugħaddas li aktarx hu mitluf.

Is-suspett ta’ raġel nieqes tqajjem għall-ħabta tat-8 tal-bieraħ filgħaxija. Is-Sibt filgħaxija stess, numru ta’ uffiċjali mill-Forzi Armati ta’ Malta u mill-Pulizija marru max-xatt fiż-żona ta’ Fra Ben biex tibda t-tfittxija għall-persuna – madanakollu, din kellha titwaqqaf minħabba d-dlam.

Is-suspetti tqajmu wara li nstabet baga waħedha fil-baħar. Madanakollu, aktar tard ġie stabbilit li l-baga ma kinitx ta’ bugħaddas, iżda ta’ dgħajsa tas-sajd. S’issa wkoll, għad ma sar l-ebda rapport ta’ persuna nieqsa – u għalhekk jista’ jkun li l-allarm hu wieħed falz.

Bħalissa fil-Qawra hemm ħelikopter u bastimenti tal-Forzi Armati li għaddejjin bil-ħidma ta’ tfittxija.

F’dawn l-aħħar ġimgħatejn, żewġ bugħaddasa oħra tilfu ħajjithom.