Lokali

Vettura tinħakem min-nirien matul il-lejl fil-Belt Valletta

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu membri mid-Dipartiment tal-Protezjoni Ċivili ġew msejħa fil-Belt Valletta hekk kif vettura nħakmet min-nirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 3.10am, sbieħ il-Ħadd filgħodu fi Triq l-Imtieħen, biswit il-ġnien ta’ Hastings, hekk kif għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa, karozza tal-għamla Toyota nqerdet min-nirien.

Filwaqt li fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident, il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.