Lokali Qorti

Il-Qorti tilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tordna lill-Avukat Ġenerali biex jagħti x-xiehda tiegħu

Dalgħodu kompliet il-Kawża li fetaħ Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali

Hekk kif illum kompliet il-Kawża Kostituzzjonali li fetaħ Adrian Delia sabiex jingħata l-kopja sħiħa tal-inkjesta li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija sigrieta Egrant, il-Qorti laqgħat it-talba li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni. U ordnat lill-Avukat Ġenerali biex jagħti x-xiehda tiegħu.

Is-seduta tal-Qorti bdiet fl-10:30am, bl-Imħallef Robert Mangion jippreżenta Digriet li fih intlaqgħet il-lista tax-xiehda preżentata mill-avukati tal-Kap tal-PN. Dan ifisser li l-Avukat Ġenerali Peter Grech irid jixhed f’din il-Kawża Kostituzzjonali.

Il-kawża kienet infetħet wara li l-istess Avukat Ġenerali baqa’ jirrifjuta li jgħaddi l-inkjesta sħiħa lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Kopja tal-Inkjesta ilha ġimgħat għand il-Prim Ministru.