Internazzjonali

Isostni li kienet missila Ukrena li niżlet l-ajruplan tal-Malaysia Airlines

Il-militar Russu qal li kienet missila sparata mill-Ukrajna li qerdet l-ajruplan tal-Malaysia Airlines fuq Titijira 17 f’Lulju tal-2014 fuq l-Ukrajna. Traġedja li fiha tilfu ħajjithom 298 persuna.

S’issa t-tort kien qed jingħata lir-Russja, imma l-Logutenent Ġeneral Nikolai Parshin, tat-taqsima missilistika tal-Ministeru tad-Difiża Russu, qal li minn investigazzjoni bir-reqqa, il-missila li kienet sparata kienet intbagħtet l-Ukrajna fl-1986 u sa fejn hu magħruf qatt ma ħalliet lil dan il-pajjiż.

L-Awstralja u l-Olanda kienu sostnew li l-missila kienet inġarret mir-Russja lejn l-Ukrajna u sparata lejn l-ajruplan. Intqal ukoll li filwaqt li jista’ jkun li l-missila nsterqet, l-awtoritajiet Ukreni kienu qalu li ebda missili, magħrufa bħala BUK, ma kienu nsterqu.

Kollox jidher li r-ribelli qrib Moska kienu sparaw lejn l-ajruplan għaliex ħasbuh wieħed militari Ukren.