Lokali

Karti tal-flus ġodda tal-€100 u tal-€200

Il-Bank Ċentrali Ewropew nieda il-karti tal-flus il-ġodda tal-€100 u tal-€200, li ser jiġu introdotti fiċ-ċirkolazzjoni fit-28 ta’ Mejju 2019.

Dan ifisser li wara l-€5, €10, €20 u l-€50, dawn huma l-aħħar karti tal-flus mill-Europa Series, u għaldaqstant waslet fil-finalizzazzjoni tagħha.

Dawn il-karti tal-flus il-ġodda għandhom karatteristiċ ta’ siġurtà ġodda. Bħal l-karti tal-flus il-ġodda l-oħra, persuna tistà tiċċekja humiex foloż b’mod verament sempliċi.

Permezz ta’ ologramma tas-simbolu tal-€ wieħed ikun jista’ jilmaħha aħjar fid-dawl, flimkien ukoll ma’ pittura ta’ Europa. Dan filwaqt ukoll li persuna tista’ tilmaħ ukoll numru.

Apparti il-karatteristiċi ta’ sigurtà msemmija – dawn il-karti tal-flus għandhom ukoll miżuri ta’ sigurtà fejn jidħlu magni tal-flus.

Il-karti tal-flus il-ġodda tal-€100 u tal-€200 huma akbar fid-daqs minn ta’ qabilhom – l-istess daqs bħal tal-€50 – madanakollu tulhom baqa’ l-istess.