Internazzjonali

Każi ta’ labar fil-frawli fl-Awstralja

Infetħet investigazzjoni fl-Awstralja wara li f’xi pakketti tal-frawli li kienu għall-bejgħ fil-ħwienet instabu xi labriet fihom. Raġel kellu jiddaħħal l-isptar wara li kiel frawla minn dawn u kien hemm każi oħrajn ta’ frott bil-labar li kienu rrappurtati fis-sitt stati Awstraljani.

Bħala prekawzjoni, fi New Zealand twaqqaf il-bejgħ tal-frawli Awstraljan.

L-ewwel każ kien irrappurtat il-ġimgħa li għaddiet fi Queensland, u mbagħad feġġew xi każi fi New South Wales, Victoria, l-Australian Capital Territory, South Australia u t- Tasmania.

Il-Pulizija temmen li hemm xi każi li saru minn nies li tħajru jagħmlu hekk wara li semgħu l-aħbarijiet u l-Gvern ta’ Queensland qed joffri kumpens ta’ 100,000 dollaru Awstraljan għal informazzjoni li twassal biex ikun solvut il-każ.