L-infermieri, midwives, physiotherapists u ECG Technicians li jahdmu fl-Isptar Mater Dei illmentaw mall-MUMN li f’dawn l-aħħar ġranet irċievew numru ta’ ċitazzjonijiet li ma kienux jagħmlu sens u meta ppruvaw jagħtu spjegazzjoni, dawn ġew injorati minn kulħadd.
Fi stqarrija, l-MUMN qalet illi f’dawn l-aħħar ġimgħat il-Gvern ħabbar fil-pubbliku li l-kuntrattur li jieħu ħsieb il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei inbidel. L-MUMN kienet qed tistenna li s-sitwazzjoni se taqleb xi ftit għal aħjar pero’ ġara bil-maqlub għaliex is-sitwazzjoni marret ghall-aghar, tant li dak li qed jesperjenzaw il-membri ta’ l-MUMN, ma kienu qatt esperjenzawh qabel.
L-isptar Mater Dei m’hemmx kontroll ta’ minn jipparkja u min le. Għalhekk numru ta’ persuni li mhux intitolati li jipparkjaw fil-parking tal-istaff qed jidħlu bil-liberta kollha fil-parkeġġ u jieħdu il-post tal-impjegati. Mhux ta’ b’xejn li l-parking spaces ikunu dejjem meħudin, u diffiċli ħafna biex issib tipparkja jekk ma tahsibx li tmur ghax-xoghol ta’ l-inqas siegha w nofs qabel tibda x-xoghol.
L-MUMN qed tallega illi tort tal-kuntrattur beda ħerġin ċitazzjonijiet bl-addoċċ.
“Mill-Gvern u mill-management tal-isptar, konna nistennew li dawn l-affarjiet ma jiġux permessi. Konna nistennew li r-rati orħos li l-Gvern ħabbar għall-pubbliku, il-kuntrattur, bil-barka ta’ kulhadd ma jġibhomx minn fuq il-membri ta’ l-MUMN billi tigi abbużata s-sistema.”
L-MUMN qed tinsisti illi ma tistax tittolera li dan jibqa’ ghaddej b’gaffa minn fuq kulhadd minghajr hadd ma jkellmu biex ibiddel ir-rotta. “L-MUMN ma tistax taċċetta li biex xi ħadd iħaxxen butu, jigu misruqa l-familji tal-membri tal-union peress li b’dawn iċ-ċitazzjoni qegħdin literralment jisirqu l-flus tal-membri minn halq il-familji tagħhom.”
Għaldaqstant l-MUMN qed tappella lill-Gvern u l-management ta’ l-isptar Mater Dei sabiex jirregola din is-sitwazzjoni b’mod urgenti ghaliex fin-nuqqas ta’ dan din il-Union ser torganizza protesta fit-toroq ta’ l-isptar sabiex il-membri tal-Union iwasslu il-messagg taghhom b’mod dirett.
//= $special ?>