Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’barriera

Senglean ta’ 41 sena qed isofri ġrieħi ta’ natura gravi wara li waqa’ minn trakk f’barriera fis-Siġġiewi, fi Triq ix-Xewk.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ ambulanza, fejn ir-raġel itella minn ġol-barriera u ttieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.