Lokali

RITRATTI: L-aqwa mumenti mill-festi tal-Indipendenza

ILLEJLA: Is-serata tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior

Il-festi tal-Indipendenza jilħqu l-qofol tagħhom din il-ġimgħa hekk kif fuq il-fosos tal-Furjana l-PN jiċċelebra l-54 anniversarju mit-twelid ta’ Malta bħala nazzjon indipendenti.

Il-Ħadd spikka d-diskors li għamel fuq il-fosos il-Kap tal-PN Adrian Delia, fil-jum li jimmarka l-ewwel sena minn meta ġie elett fit-tmexxija tal-partit. Wara, kien hemm kunċert mit-tribute band Live Play.

Illejla jkun hemm laqgħa oħra ta’ djalogu mal-Kap tal-PN, u wara ssir il-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior.