Lokali

Se jiżiedu l-persuni li jaħarbu mix-xtut tal-Libja – Carmelo Abela

Ritratt: MIll-Arkivji

Skont il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, in-numru ta’ immigranti li jitilqu mix-xtatjiet tal-Libja se jkunu qed jiżdiedu, riżultat tal-kriżi fis-sitwazzjoni tas-sigurta’ fil-pajjiż.

Il-Ministru qal dan waqt laqgħa tal-Kumitat Għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Is-sitwazzjoni fil-Libja qed tkompli tiddeterjora tant li saħansitra l-elezzjonijiet li huma skedati għall-10 ta’ Diċembru issa jistgħu jiġu posposti.

Fi Tripli il-milizja armata ħakmet zoni fi Tripli u l-madwar, u s-sitwazzjoni ilha sejra lura minn tmiem Awwissu.

Carmelo Abela qal li s-sitwazzjoni kif inhi ma titlobx li Maltin li qegħdin fil-pajjiż jiġu evakwati, iżda qed isiru t-tħejjijiet neċessarji f’każ li jkun hemm bżonn li jinħarġu l-ħaddiema Maltin mill-pajjiż.