Internazzjonali Transport

Dan se jkun l-akbar ajruplan tal-passiġġieri

Dan l-ajruplan se jibda jopera fuq rotot kummerċjali minn sentejn oħra

Il-kumpanija Boeing din il-ġimgħa żvelat ritratti ta’ dak li qed jissejjaħ Boeing 777X – l-akbar ajruplan u l-aktar wieħed effiċjenti fl-istorja tal-avjazzjoni.

Boeing qed tiżviluppa żewġ tipi tal-mudell 777X; wieħed li kapaċi jġorr 350 persuna u l-ieħor 425.

It-testijiet fl-ajru mistennija jibdew kmieni s-sena d-dieħla.

Il-qafas ta’ dan l-ajruplan se jkun tal-alluminju, iżda l-ġwienaħ ġew disinjati b’fibre apposta li hu aktar ħafif. Dan se jwassal biex il-Boeing il-ġdid ikun 12% ta’ fuel mill-eqreb kompetituri.

Fi kliem qasir, is-777X se jkun kapaċi jtir minn Londra sa Papua New Guinea direttament, mingħajr il-bżonn li jkollu jinżel għall-fuel.

Tags