Futbol Sport

Douglas Costa sospiż erba’ logħbiet

(Ritratt: Sky Sports)

Il-winger ta’ Juventus Douglas Costa ngħata sospensjoni ta’ erba’ logħbiet wara li beżaq lil Federico Di Francesco ta’ Sassuolo fil-logħba tas-Serie A l-Ħadd li għadda. Costa tkeċċa wara argument ta’ Di Francesco, bir-referee jkeċċi l-Brażiljan wara li l-inċident kien referut lejn il-VAR. Fl-azzjoni Costa uża l-minkeb filwaqt li ta daqqa ta’ ras lill-istess plejer fi tliet inċidenti li seħħew wara xulxin.

Wara l-partita, Costa kien talab apoloġija fi stqarrija fuq twitter. Hu talab skuża lill-partitarji ta’ Juventus tal-azzjonijiet li għamel, u skuża ruħu ma’ sħabu li saħaq li huma dejjem miegħu fil-mumenti sbieħ u koroh. Hu qal li kien konxju ta’ dak li għamel.

Il-Federazzjoni tal-Futbol Taljana ħabbret is-sospensjoni lbieraħ. Costa b’hekk se jitlef il-partiti tal-kampjonat Taljan kontra Frosinone, Bologna, Napoli u Udinese.

Intant, Di Francesco wieġeb għal spekulazzjoni li provoka lil Costa permezz ta’ insult razzist. Hu saqsa u ordna li jkun rispettat minħabba li qal li mhux se jħalli frażijiet li ma jaqblux mal-valuri etiċi tiegħu jkunu abbinati miegħu.