Lokali Qorti

EKU TA’ ĠLIEDA F’PACEVILLE: Serb jinħeles minn kull akkuża

Il-Qorti presenduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ma sabitx lil Srdan Stankovic ħati li f’Novembru tal-2014 sawwat u darab b’mod gravi lil Shawn Zammit fi stabbiliment tad-divertiment. U dan wara li ma intgħarafx mis-CCTV, li kienet prova ewlenija li ġabet ‘il quddiem il-Prosekuzzjoni.

Fil-Qorti Shawn Zammit, flimkien ma’ martu u koppja oħra, ta verżjonijiet simili fej qal li waqt illi kienu qed jieħdu drink fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville, Stankovic darabu b’daqqiet repetuti flimkien ma’ grupp ta’ bouncers oħra.

Stankovic, ta’ 36 sena mis-Serbja, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih għaliex għalkemm hu kien qiegħed fl-istabbiliment, ma kienx qiegħed fuq xogħol u lanqas refa’ jdejh fuq Zammit. Stankovic qal li hu prova jferraq lil Zammit minn mal-waiter tal-istabbiliment li għal xi pew fl-idejn.

Għalkemm Stankovic ma nstabx li kien fil-pussess ta’ liċenzja biex jopera bħala bouncer jew gwardjan, huwa nħeles mill-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Id-difiża tmexxiet mill-avukat Joe Giglio.