Lokali

Martina Galea Loffreda tirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2018

Il-kanzunetta ‘Moħħ ta’ Tifla’, interpretata minn Martina Galea Loffreda, tard ilbieraħ filgħaxija rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2018 li l-finali tiegħu saret fuq il-palk prinċipali tal-Fosos tal-Furjana wara nuqqas ta’ tliet snin. Il-kanzunetta rebbieħa għandha kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.

Fit-tieni post ikklassifikat Nicole Hammett bil-kanzunetta ‘Id-Daqqa tal-Vjolin’, bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.

Fit-tielet post spiċċa Nathaniel Attard bil-kanzunetta ‘Fil-Pront’, kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.

Ir-rebbieħa tat-televoting hi Kimberly Ciantar bil-kanzunetta ‘Nerġgħu Niltaqgħu’, kliem ta’ Kimberly Ciantar u mużika ta’ Christopher Mallia.