Wara l-aħbar li Matthew Castillo se jkun qed jilgħab fis-Serbja, żagħżugħ ieħor se jkun qed jieħu esperjenza barra minn pajjiżna. Il-plejer ta’ 17-il sena Mattias Ortoleva ħalla pajjiżna fejn se jkun qed jilgħab ix-xitwa mat-tim Taljan tad-Diviżjoni A1 Ortigia.
Dan il-klabb hu dak li fil-passat lagħab miegħu l-internazzjonali Malti Stevie Camilleri, u fil-preżent fit-tim tiegħu hemm is-Serb Boris Vapenski li fil-passat lagħab ma’ San Ġiljan u Valletta, kif ukoll il-Georgjan Marko Jelaka li lagħab f’Malta ukoll ma’ Otters.
Ortoleva li għadu proprjetà ta’ San Ġiljan, se jkun qed jitħarreġ mat-tim tal-kbar u jilgħab mat-tim ta’ taħt l-20 sena tal-klabb. Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Ortoleva barra mill-pajjiż hekk kif fl-aħħar sentejn lagħab ma’ Dunav fis-Serbja. Matul dan l-istaġun, Ortoleva lagħab b’self ma’ Birżebbuġa fl-Ewwel Diviżjoni.
F’kumment li ħa dan is-sit, il-President ta’ San Ġiljan Daniel Aquilina qal li “l-klabb hu fiduċjuż li se tkun esperjenza sabiħ għalih u li sservi għal futur tiegħu.
//= $special ?>