L-Istati Uniti qed timponi tariffi ġodda għall-ekwivalenti ta’ 200 biljun dollaru ta’ prodotti miċ-Ċina meta qed tiħrax il-‘gwerra kummerċjali’ bejn Washington u Beijing.
It-tariffi huma effettivi għal kważi 6,000 oġġett – fosthom ir-ross u t-tessuti — b’dan, bla dubju, se jkun l-akbar round ta’ tariffi (s’issa) min-naħa tal-Amerikani.
It-tariffi ġodda fil-konfront taċ-Ċina, li jidħlu fis-seħħ mill-24 ta’ Settembru, jibdew minn għaxra fil-mija u jridu jiżdiedu għal 25 fil-mija mill-bidu tas-sena d-dieħla dment li ż-żewġ pajjiżi ma jaslux fi ftehim.
Il-President Amerikan, Donald Trump spjega li l-aħħar round ta’ tariffi hu ‘reazzjoni għall-prattiċi kummerċjali inġusti min-naħa taċ-Ċina, li, sal-lum, ma urietx li hi lesta biex tibdel din l-attitudni’.
Intant, rapporti li għadhom kemm daħlu sostnew li ċ-Ċina, issa, irritaljat b’tariffi ġodda għall-ekwivalenti ta’ $60 biljun fi prodotti mill-Istati Uniti. Mistenni li t-tariffi Ċiniżi, fost oħrajn, jolqtu prodotti ta’ liquified gas li ġejjin mill-Istati Amerikani leali għall-President Trump, u għandhom jidħlu fis-seħħ ukoll fl-24 ta’ Settembru li ġej.
//= $special ?>

