Internazzjonali Transport

F’PARTI MINN MANCHESTER: Sewwieqa ta’ taxis iridu jkunu jafu jitkellmu l-Ingliż

Reazzjoni pożittiva mis-sewwieqa infushom

Il-Kunsill ta’ Trafford fil-belt Ingliża ta’ Manchester se jagħmilha obbligatorja għas-sewwieqa tat-taxis li jkunu jafu Ingliż bażiku sabiex jieħdu l-liċenzja. Dan il-pass qed ikun meqjus kruċjali għar-residenti li qed jitolbu titjib fil-mod kif tat-taxis jikkomunikaw.

It-tibdil se jkun qed jidħol fis-seħħ wara konsultazzjoni li saret mill-Kunsill ta’ Trafford mar-residenti infushom.

L-assoċjazzjoni tas-sewwieqa tat-taxis hi favur din il-bidla, u tqsiha bħala waħda essenzjali. “Li tkun taf titkellem bil-lingwa tal-post huwa essenzjali, partikolarment għall-anzjani li jużaw dan is-servizz”.