Internazzjonali

Ftehim biex jingħalaq għalkollox wieħed mis-siti nukleari ewlenin fil-Korea ta’ Fuq

Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un qabel li jagħlaq għalkollox waħda mis-siti ewlenin li pajjiżu juża’ biex jipprova u eventwalment jispara l-missili.

Dan ħabbru l-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae-in fi tmiem laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja fi Pyongyang, fejn jidher li sar pass akbar ‘il quddiem għall-proċess tad-denuklearizzazzjoni.

Min-naħa tiegħu, il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq qal li l-ftehim tal-aħħar sigħat hu saħansitra qabża ‘l quddiem għall-paċi militari fil-peninsula Koreana. Hu esprima wkoll ix-xewqa tiegħu li jżur Seoul u b’hekk, isir l-ewwel Mexxej tal-Korea Komunista li jżur il-kapitali tal-Korea ta’ Isfel.