Il-Korea ta’ Fuq u ta’ Isfel waslu fi ftehim biex jippruvaw jorganizzaw l-Olimpjadi tas-sajf tal-2032 flimkien. Din l-offerta se ssir wara li l-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae-in u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un iltaqgħu fi Pyongyang.
Iż-żewġ nazzjonijiet ingħaqdu f’tim wieħed f’avvenimenti maġġuri u rebħu l-ewwel midalja tad-deheb flimkien fil-Logħob Asjatiku f’Awwissu. L-Indja, l-Awstralja, iċ-Ċina u l-Indonesja wkoll esprimew l-interess li jorganizzaw il-Logħob Olimpiku tal-2032.
Il-Korea ta’ Isfel organizzat l-Olimpjadi tax-xitwa din is-sena u l-kapitali Seoul organizzat l-Olimpjadi tas-sajf fl-1988. Il-May Day Stadium tal-Korea ta’ Isfel hu l-aktar wieħed fid-dinja b’kapaċità ta’ madwar 150,000.
Din l-offerta konġunta hi parti mir-relazzjonijiet li tjiebu bejn iż-żewġ nazzjonijiet wara diċenji ta’ osilità minħabba l-Gwerra Koreana fis-snin 50. Iż-żewġ nazzjonijiet imxew flimkien taħt bandiera unifikata fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-xitwa fi Frar u kkompetew bħala tim wieħed fl-ice hockey.
//= $special ?>