Lokali Qorti

Liberat mill-akkuża li abbuża sesswalment minn mara vulnerabbli

Fr Charles Fenech ħati li wettaq atti sesswali fil-pubbliku

Dalgħodu l-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati dwar il-każ ta’ Patri Charles Fenech illi nstab ħati li wettaq atti sesswali fil-pubbliku, iżda illiberatu mill-akkuża li abbuża sesswalment minn mara vulnerabbli.

Dan ifisser illi minn tliet xhur ħabs sospiżi għal sena, il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, iddeċidiet li tnaqqas il-piena għal ġimgħa ħabs sospiża għal sitt xhur, kif ukoll multa ta’ €500.

L-Imħallef rrimarkat li mhix konvinta li Fr Charles Fenech għamel l-atti sesswali mal-mara bil-għan li jisfruttaha minħabba li tbati minn mard mentali. Iżda qalet li jirriżulta li l-mara għamel sess orali lill-Patri Fenech fil-karozza tagħha fil-Buskett u fi bnadi oħra fil-magħluq.