Lokali

Preżenza kbira ta’ Pulizija minħabba pakkett suspettuż; konfermat li ma hemmx periklu

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa

Pakkett suspettuż li instab taħt karozza għall-ħabta tas-1pm ħoloq allarm kbir fit-triq li minn Ħal Qormi twassal lejn Ħal Farruġ.

Fil-fatt, kmieni wara nofsinhar kien hemm preżenza kbira ta’ Pulizija fil-post u membri tal-Explosives Ordnance Disposal. Fortunatament, it-tfittxijiet kollha rriżultaw fin-negattiv.