Lokali

Sarah Bonnici tirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018

Il-kanzunetta ‘Il-Pinna’, interpretata minn Sarah Bonnici, rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018 li l-finali tiegħu saret fuq il-palk prinċipali tal-Fosos tal-Furjana. Il-kanzunetta rebbieħa għandha kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Sarah Bonnici u Mark Lawrence Zammit.

Fit-tieni post ikklassifikat Victoria Sciberras bil-kanzunetta ‘Siluwett’, bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Kaya.

Fit-tielet post spiċċa Sebastian Calleja bil-kanzunetta ‘Dak li taf’, kliem ta’ Giovan Attard u mużika ta’ Dominic Cini.