Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ntemm il-Malta Masters International Tournament li fih laqa’ plejers veterani. Ir-rebbieħa kienu Sliema li rebħu l-ħames logħbiet tagħhom.
Dan it-tournament sar wara inizjattiva tal-plejer internazzjonali Malti Stevie Camilleri flimkien maċ-Champion Olimpiku Serb Slobodan Nikic, il-President ta’ Exiles Andrew Paris u l-preżentatriċi tat-televiżjoni Claire Agius Ordway.
B’kollox kien hemm sitt timijiet parteċipanti, bil-plejers kollha kellhom tal-anqas 40 sena. It-timijiet li ħadu sehem kienu t-timijiet Maltin Sliema u Balluta Masters (magħmula minn eks plejers ta’ Neptunes u Exiles, Atlant tal-Belarus, Imperial Sport tal-Moldova, Waterpolo Bari tal-Italja u Robben Masters II tal-Olanda.
Ir-riżultati kollha
L-Erbgħa 12 ta’ Settembru
Balluta M. v Sliema 4-10
Il-Ħamis 13 ta’ Settembru
Balluta M. v Robben M. II 12-10
Sliema v Imperial Sport 21-12
Waterpolo Bari v Atlant 5-7
Il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru
Atlant v Imperial Sport 11-15
Robben M. II v W. Bari 10-11
Sliema v Atlant 19-9
Balluta M. v W. Bari 9-4
Robben M. II v Imp. Sports 15-17
Is-Sibt 15 ta’ Settembru
Balluta Masters v Atlant 18-9
Sliema v Robben Masters 20-7
W. Bari v Imp. Sport 6-16
Il-Ħadd 16 ta’ Settembru
Waterpolo Bari v Sliema 6-15
Balluta Masters v Imp. Sport 11-11
Robben Masters II v Atlant 4-7
Kif Spiċċaw
L R D T F K Pti
Sliema 5 5 0 0 85 38 15
Balluta Masters 5 3 1 1 54 44 10
Imperial Sport 5 3 1 1 71 64 10
Atlant 5 2 0 3 43 61 6
Waterpolo Bari 5 1 0 4 32 57 3
Robben Masters II 5 0 0 5 46 67 0
//= $special ?>