Kurżitajiet Lokali Xjenza u Teknoloġija

Tiftakruha? Se tiġbed interess kbir għal żmien il-Milied

Il-Playstation "iż-żgħira" se tkun tiswa' mal-€100

Il-console li ġabet magħha rivoluzzjoni f’nofs is-snin 90 se tirritorna għall-perijodu tal-festi tal-Milied.

Fi ftit ġimgħat oħra, il-kumpanija Sony se tkun qed tniedi il-PlayStation Classic mini console b’20 logħba integrati fiha. Il-kaxxa l-ġdida tal-Playstation fiha kważi n-nofs tal-console oriġinali, u se tkun għall-bejgħ għall-prezz ta’ €100.

Il-PS1 kienet ħarġet lura fl-1995, iżda jidher li hemm interess kbir għall-Playstation il-ġdida.

Sa issa hemm dawn il-logħob li ġew konfermati:

  • Final Fantasy VII
  • Jumping Flash
  • R4 Ridge Racer Type 4
  • Tekken 3
  • Wild Arms