Lokali

Titjira tal-Air Malta lejn Pariġi kkanċellata għax il-bdoti ma jifilħux

Titjira tal-Air Malta, li kellha titlaq lejn l-ajruport ta’ Orly f’Pariġi, ġiet kkanċellata l-Erbgħa wara nofsinhar wara li l-passiġġieri kienu diġà wettqu ċ-check-in.

It-titjira KM466, kellha titlaq fit-3.10pm madanakollu l-passiġġiera ġew infurmati li dan il-titjira kien ser ikun hemm xi dewmien. Kien biss għall-ħabta tal-5pm li l-passiġġieri ġew infurmati li t-titjira ġiet ikkanċellata.

Kelliema għall-Air Malta saħqu li t-titjira ġiet ikkanċellata minħabba l-fatt li hemm numru sostanzjali ta’ bdoti ma jifilħux.