Tifla ta’ 12-il sena kellha tiddaħħal l-isptar wara li kienet attakkata minn kelb il-baħar f’Cid Harbour f’ Whitsunday Island, barra Brisbane.
Dan kien it-tieni attakk minn kelb il-baħar fl-inħawi f’daqstant ġranet. Il-każ l-ieħor kien jikkonċerna mara ta’ 46 sena li niżlet tgħum minn fuq jott u kienet attakkata.
Fiż-żewġ każi l-kundizzjoni tagħhom kienet deskritta bħala serja imma ma kinux fil-periklu tal-mewt.
Is-sena li għaddiet kien hemm sensiela ta’ attakki minn klieb il-baħar fil-grigal tal-Awstralja u dan wassal biex jitpoġġew xbieki protettivi tul il-bajjiet.


