Lokali

Lotterija ġdida minn Maltco Lotteries

Maltco Lotteries nediet logħba ġdida; SUPERSTAR, bl-ewwel tlugħ inawgurali li se jsir nhar il-Ġimgħa, 5 ta ‘Ottubru 2018.

SUPERSTAR magħmulha f’forma ta’ double matrix; fejn il-klijenti jistgħu jilagħbu billi jagħżlu mill-inqas ħames (5) numri minn 35 flimkien man-numru SUPERSTAR – wieħed minn seba’ numri, b’parteċipazzjoni minima ta’ €2.50c.

SUPERSTAR ġiet iddisinjata speċifikament biex tilħaq u tissodisfa l-kriterji meħtieġa u li jipprovdu divertiment ta’ kull ġimgħa għal klijenti.  Id-disinn u l-karatteristiċi dinamiċi tal-logħba huma bbażati fuq feedback li Maltco ġabret u rċeviet minn għand il-plejers, il-pubbliku ġenerali u l-Aġenti ta’ Maltco, matul is-sena 2017 li kienet iddedikata għal-Innovazzjoni.

Il-logħba ġiet imfassla għal ħaddiema adulti li jaħdmu u jistinkaw ħafna f’kull qasam u f’diversi aspetti tal-ħajja, u li jimmiraw biex ikunu fost l-ixxurtajti li jirbħu mas-SUPERSTAR biex itaffu minn stress inġenerali.

SUPERSTAR twessa l-possibbiltà lil dawk kollha li qed ifittxu biex jiksbu l-ħolm ta’ kuljum tagħhom b’mod pożittiv, b’xorti tajba u b’responsabbilta!

Huwa unur għal Maltco Lotteries li llum tista’ toffri logħba li flimkien ma’ bosta aġenti u plejers kienet, għal perjodu twil, tant mistennija.  Huwa eċċitanti għal kumpanija li tara l-klienti tagħna, bil-possibbiltajiet u b’potenzjal li jistgħu jadottaw l-attitudni pożittiva ta’ xi ħadd popolari; ta’ SUPERSTAR, filwaqt li jkomplu fuq il-vjaġġ ta’ suċċess personali tagħhom stess.

Huwa propju fuq dan il-bażi li SUPERSTAR ġiet magħżula biex tkun l-isponsor ewlenija tal-programm; X-Factor – li jissottolinja t-twemmin profond ta’ Maltco Lotteries fit-talent lokali; filwaqt li jimmira għal divertiment u stillel lokali ġodda.

Wara tant ħsieb, riċerka u ħidma intenżiva biex SUPERSTAR tilħaq il-livell sodisfaċenti li laħqet, l-għażla tal-kanzunetta matul il-kampanja; Walk With Me, tal-grupp tant popolari Malti: Airport Impressions kienet tista’ tgħid awtomatika. Kanzunetta li tiddeskrivi b’mod tant preċiż, il-logħba u l-eċċitament li ġġib magħha.

It-Tlugħ ta’ SUPERSTAR ser ikun imxandar LIVE fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni ta ‘Malta (TVM), b’magni tat-tlugħ iċċertifikati minn Gaming Laboratories Internazzjonali (GLI), kull nhar ta’ Ġimgħa fis-19:45, mill-5ta’ Ottubru li ġej.

L-ewwel biljetti tas-SUPERSTAR se jkunu għall-bejgħ mill-fergħat kollha ta’ Maltco Lotteries, minn nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru 2018.