Għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Frans Sammut f’Ħaż-Żebbuġ. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl-istess sit, għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs u sofra xi ġrieħi.
Ir-raġel, li huwa mis-Sudan u għandu 48 sena ittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Depasquale li ordna biex issir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>