Lokali

Toni Zarb b’diskors ta’ mibegħda kontra l-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia

L-iktar ħaġa importanti hi li Daphne Caruana Galizia mhux ġejja lura.

Hekk qal l-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Toni Zarb fuq video bog fuq Facebook meta kien qed jitkellem dwar il-fjuri u xemgħat li qed jitpoġġew f’riġlejn il-monument tal-assedju l-kbir b’tifkira għal ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia.

Toni Zarb li hu wkoll konsulent tal-Prim Ministru ġab reazzjoni qawwija fuq is-siti soċjali b’ħafna jiddeskrivu dak li qal Zarb bħala diskors ta’ mibegħda.