Futbol Sport

Balzan jagħmluhom tliet rebħiet konsekuttivi 

(Ritratt: Jonathan Bugeja)

BALZAN…………………. 3   MOSTA…………………… 1

Balzan: S. Sultana, N. Sljivic (S. Arab 80′), A. Da Paixao, S. Bezzina, M. Johnson, A. Effiong, U. Ljubomirac, I. Bozovic (J. Grioli 74′), E. Serrano Valero, A. Majdevac (S. Cipriott 69′), M. Lepovic

Mosta: A. Vella, A. De Cerchio, K. Hirose, R. De Oliveira, M. Sammartino, D. Xuereb (Z. Brincat 54′), M. Gomez (J. Grech 88′), T. Farrugia, S. Bonnici, J. Cisotti (K. Zammit 67′), P. Romeu

Imwissija: M. Lepovic 66’, N. Sljivic 73’, U. Ljubomirac 89’ (B) A. De Cerchio 60’, K. Zammit 83’ (M)

Skorjaw: A. Da Paixao13’, 35’, U. Ljubomirac 50’, (B) T. Farrugia 16’, (M)

Referee: Jude Amin Utulu

Assistenti Referees: Edward Spiteri, Darko Stankovic

Il-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Alex Da Paixao Alves (Balzan)

Attendenza: 537

Rapport: Keane Cutajar

Balzan akkwistaw it-tielet rebħa tal-istaġun li fissret ukoll it-tielet waħda konsekuttiva meta għelbu lil Mosta, li issa sofrew it-tieni telfa fost iż-żewġ rebħiet l-oħra li akkwistaw sa issa minn erba’ logħbiet. B’din ir-rebħa Balzan telgħu momenarjament fil-quċċata tal-klassifika b’disa’ punti.

Mosta bdew tajjeb u anke ġabu d-draw mumenti wara li marru minn taħt, iżda t-tim ta’ Marco Micovic kellu partita tajba speċjalment fl-attakk meta għal darba oħra rnexxielhom jissuperaw lid-difiża avversarja.

Balzan fetħu l-iskor fit-13-il minuta bi ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ ALEX DA PAIXAO li ħabat mal-mimduda qabel niżel wara l-linja ta’ Andreas Vella. Mosta protestaw li l-ballun ma kienx qabeż il-linja iżda l-assistent referee ordna l-gowl.

Mosta ġabu d-draw tliet minuti wara, meta free-kick minn viċin nofs il-grawnd spiċċa għand il-captain TYRONE FARRUGIA li minn pożizzjoni ferm angolata spara fis-saqaf tax-xibka.

Fl-24 minuta, Steve Sultana qabad il-ballun b’idu wara passaġġ lura u r-referee Jude Amin Utulu saffar għal free-kick indirett mill-kaxxa. Mill-free-kick, Ivan Bozovic imblokka tajjeb f’korner ix-xutt ta’ Alessio De Cerchio fost il-protesti tal-plejers ta’ Mosta li s-Serb miss il-ballun b’idu.

Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ fil-35 minuta permezz ta’ ALEX DA PAIXAO li skorja t-tieni gowl personali wara passaġġ fil-baxx ta’ Andrija Majdevac mil-lemin. Il-vantaġġ doppju għal Balzan wasal fil-50 minuta meta UROS LJUBOMIRAC aprofitta mill-iżball tad-difiża Mostija li naqset li tbiegħed il-periklu wara korner ta’ Milos Lepovic. Fl-aħħar sekondi tal-logħba, Sultana salva bi bravura biex żamm l-iskor kif kien sa tmiem il-partita.