Il-Kap tal-PN Adrian Delia attenda r-riċeviment f’Tas Sliema li jiġi organizzat b’mod annwali mill-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-Indipendenza.
Ir-riċeviment tal-Ġimgħa filgħaxija ġab fi tmiemu l-programm t’attivitajiet li organizza l-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-54 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.
F’diskors qasir li għamel, il-Kap tal-PN Adrian Delia irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex il-Festi tal-Indipendenza jkunu daqshekk suċċess. Hu appella lin-nies sabiex jersqu ‘l quddiem bl-ideat u l-problemi tagħhom fejn imbagħad wiegħed li ser tkun qed tiġi imħaddna kommunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
Dr. Adrian Delia spjega kif il-PN qed jaħdem sabiex ikollu l-abbilta’ li jisma’ u jilqa’ l-ideat tal-poplu. Huwa saħaq li l-PN qed jaħdem biex issir Oppożizzjoni li tippreżenta u tbiddel liġijiet, tbiddel id-drittijiet, tagħmel differenza fis-soċjetà u tbiddel il-ħsieb tal-Gvern.
Fost dawk li attendew ir-riċeviment kien hemm diversi Deputati u anke Kandidati għall-Parlament Ewropew.
//= $special ?>