Il-Pulizija għadha qed tinterroga lil raġel li l-Ġimgħa waranofsinhar instab mixħut mal-art u bid-demm ma’ rasu fil-Ħamrun.
Għall-ħabta tal-4.20pm, il-Pulizija kienet infurmata bir-raġel, li kien mal-art fi Triq Mile End. Fil-post, huma nnutaw li għalkemm ferut, ir-raġel ma kienx mitluf minn sensieh.
B’tim mediku fil-post, hu ma riedx li jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Għaldaqstant, hu ngħata l-ewwel għajnuna fil-post u kien se jiġi rilaxxat.
Iżda minn informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li r-raġel inżamm mill-Pulizija għall-interrogazzjonijiet wara li aktarx instab li kellu fil-pussess tiegħu xi oġġetti suspettużi.
Madankollu, il-Pulizija ma kkonfermatx dawn ir-rapporti.
//= $special ?>