Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara inċident fil-Qrendi

Arkivji

Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Qrendi sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident fil-Qrendi stess.

Fl-inċident, li seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.30am fi Triq it-Tempesta, kienu nvoluti l-karozza tat-tip Renault misjuqa miż-żagħżugħ u karozza oħra li kienet ipparkjata.

Għal xi raġuni, iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa’ dieħel biha fil-karozza pparkjata.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.