Il-Kap tal-PN Adrian Delia attenda r-riċeviment f’Marasalforn Għawdex organizzat mill-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-Indipendenza.
Ir-riċeviment tas-Sibt filgħaxija ġab fi tmiemu l-programm t’attivitajiet li organizza l-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-54 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.
Wara l-merħba li ngħata il-Kap tal-PN irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex il-Festi tal-Indipendenza, u kif ukoll lil Għawdxin biex kull attività b’rabta mal-Indipendenza tkun suċċess. Hu appella lin-nies sabiex jersqu ‘l quddiem bl-ideat u l-problemi tagħhom fejn imbagħad wiegħed li ser tkun qed tiġi imħaddna kommunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
Adrian Delia spjega kif il-PN qed jaħdem sabiex ikollu l-abbilta’ li jisma’ u jilqa’ l-ideat tal-poplu kollu inkluż tal-Għawdxin.
Huwa qal li f’kull aspett il-PN qed jisma’ lil Għawdxin fuq kif tista’ l-ħajja tagħhom tmur għall-aħjar, u tiġi eliminata d-diskriminazzjoni. Il-Kap tal-PN qal li fil-ħidma tiegħu, hu qed jagħti prijorità lill-Għawdxin u għalhekk fl-aħħar xhur żar Għawdex ta’ spiss biex dan ikun jista’ jseħħ.
Adrian Delia tkellem ukoll dwar kif l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’Għawdex huma limitati. Huwa għalhekk appella biex l-Għawdxin jersqu wkoll għand il-PN, u jitħaddtu biex il-ħajja tal-Għawdxin kollha tmur għall-aħjar.
Huwa saħaq li l-PN qed jaħdem biex issir Oppożizzjoni li tippreżenta u tbiddel liġijiet, tbiddel id-drittijiet, tagħmel differenza fis-soċjetà u tbiddel il-ħsieb tal-Gvern fejn hemm il-ħtieġa.
Fost dawk li attendew ir-riċeviment kien hemm diversi Deputati u anke Kandidati għall-Parlament Ewropew.
//= $special ?>